Site Map Contact Us
ArrowParents Foundation for Education
Seperator
ArrowSchool Ethos
Seperator
ArrowOur Premises
Seperator
ArrowThe School Annual
Seperator
ArrowSports at San Andrea
Seperator
ArrowItalian-Maltese Project
Seperator
ArrowSummer School
Seperator
ArrowExtra-Curricular Activities
Seperator
ArrowFacilities Hire
Seperator
ArrowFormer Students
Seperator
ArrowVacancies
Seperator
Early School
Seperator
Middle School
Seperator
ArrowThe School Building
Seperator
ArrowInformation About the School
Seperator
ArrowThe School Discipline Policy
Seperator
ArrowSenior School Staff
Seperator
ArrowEvents Calendar
Seperator
ArrowNews
Seperator
ArrowThe House Colours
Seperator
ArrowDepartment of English
Seperator
ArrowDepartment of Foreign Languages
Seperator
ArrowDepartment of Humanities
Seperator
ArrowDipartiment tal-Malti
Seperator
ArrowDepartment of Sciences
Seperator
ArrowDepartment of Sports
Seperator
ArrowComenius
Seperator
ArrowLibrary Services
Seperator
ArrowStudent of the Month
Seperator
ArrowMonitors Oath
Seperator
Arrow'The Insider' Newsletter
Seperator
ArrowCyber Fair Project
Seperator
ArrowContact Us
Seperator
Login
Username
 
Password

Click here to Register now

 
Subscribe
Name
Contributor No*
Email
  

*This number can be found on the Fees Invoice

L-GĦANIJIET TAD-DIPARTIMENT

Peress li l-Ilsien Malti huwa wieħed mill-elementi ewlenin li jagħtina identita, l-għan ewlieni tad-Dipartiment tal-Malti fl-Iskola Sekondarja San Andrea hu li joħloq kuxjenza lingwistika u nazzjonali. Barra minn hekk, il-lingwa tagħna hija waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Waqt il-lezzjonijiet l-istudenti jitgħallmu jużaw il-Malti mitkellem u miktub bl-aħjar mod possibbli. L-istudenti jingħataw taħriġ miktub u orali biex dan l-għan ikun jista' jintlaħaq. It-taħriġ miktub jitwassal permezz tal-lezzjonijiet dwar l-oqsma tal-kitba, tal-grammatika u tat-taħriġ il-fehem fost oħrajn. It-taħriġ orali jsir l-aktar fil-klassi permezz ta' diskussjonijiet u analiżi ta' kotba li jkunu nqraw kull xahar. Id-dipartiment jemmen li l-ewwel u qabel kollox l-istudent irid iħossu kunfidenti jitkellem u jesprimi ruħu permezz tal-lingwa Maltija mingħajr xkiel, mingħajr mistħija jew saħansitra preġudizzju soċjali li jpinġi l-Malti bħala lingwa inferjuri għall-Ingliż. Għaldastant, l-għan tagħna huwa wieħed soċjali li primarjament ma jikkonċernax biss l-esiġenzi tas-sillabu.

Dan l-għan jibni pedament sod għall-għanijiet l-oħra tad-Dipartiment li jwasslu lill-istudenti tagħna għall-eżami tas-SEC. Fil-fatt, minbarra l-lat soċjali tal-lingwa, l-istudenti jingħataw prattika fl-oqsma u l-ħiliet kollha b'mod partikolari fil-kitba, fil-grammatika, fil-letteratura, fit-taħriġ il-fehem, fil-kultura u fl-użu ta' espressjonijiet. Dwar dan tal-aħħar issir enfasi partikolari biex l-espressjonijiet jintużaw għall-kitba, l-aktar fil-komponimenti u mhux biss għal studju għax hu parti mis-sillabu.

 

ATTIVITAJIET

• Ta' kull sena jsir JUM NICOLO' ISOUARD li hu kwiżż għas-snin kollha tal-iskola li fih l-istudenti jikkompetu skont il-house tagħhom f'diversi oqsma fosthom il-lingwa, il-letteratura u l-grammatika. Din l-attivita` ssir lejn l-aħħar tas-sena skolastika bl-għan li l-istudenti jirrevedu x-xogħol li jkunu għamlu għall-eżamijiet tal-aħħar tas-sena.

• Ta' kull sena d-Dipartiment tal-Malti jorganizza wkoll sensiela ta' laqgħat ma' kittieba Maltin għall-istudenti tal-aħħar sena tas-sekondarja. Dawn il-laqgħat iservu biex l-istudenti jkollhom l-opportunita li jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ mal-kittieba tax-xogħlijiet letterarji li jkunu qed jistudjaw għall-eżami tas-SEC. Fost il-mistednin għal dawn il-laqgħat li saru l-iskola stess kien hemm is-sinjuri Victor Fenech, J.J. Camilleri, Charles Flores, Ġorġ Borg, Frans Sammut, Oliver Friggieri, Lino Spiteri u Mario Azzopardi.

Dawn il-laqgħat ikunu ta' għajnuna kbira biex l-istudenti jifhmu aktar ix-xogħlijiet letterarji marbuta mas-SEC, kif ukoll biex isiru jafu aktar lil dawn il-kittieba mil-lat personali. Fil-fatt, il-laqgħat ikunu kkaratterizzati minn mistoqsijiet u diskussjonijiet relatati max-xogħlijiet ta' dawn il-kittieba kif ukoll dwar il-ħajja privata tagħhom li ħafna drabi taffettwahom fil-kitba.


Id-Dipartiment tal-Malti

Wiċċ imb'wiċċ ma' Mario Azzopardi u Victor Fenech

 


San Andrea School
L-Imselliet, L/O Zebbiegh
MGR2850, Malta
Tel: (+356) 21 43 88 00