Welcome to the San Andrea School website optimazed for blind and visually impaired
Jump to the page content
  

Id-Dipartiment tal-Malti

L-għan ewlieni tad-Dipartiment tal-Malti fl-Iskola Sekondarja San Andrea hu li joħloq kuxjenza lingwistika u nazzjonali dwar l-ilsien nazzjonali tagħna, il-Malti.

Waqt il-lezzjonijiet l-istudenti jitgħallmu jużaw il-Malti mitkellem u miktub bl-aħjar mod possibbli. L-istudenti jingħataw taħriġ miktub u orali biex dan l-għan ikun jista’ jintlaħaq. It-taħriġ miktub jitwassal permezz tal-lezzjonijiet dwar l-oqsma tal-kitba, tal-grammatika u tat-taħriġ il-fehem fost oħrajn. It-taħriġ orali jsir l-aktar fil-klassi permezz ta’ diskussjonijiet u analiżi ta’ kotba li jkunu nqraw kull xahar. Id-dipartiment jemmen li, l-ewwel u qabel kollox, l-istudent irid iħossu kunfidenti jitkellem u jesprimi ruħu permezz tal-lingwa Maltija mingħajr xkiel, mingħajr mistħija jew saħansitra preġudizzju soċjali li jpinġi l-Malti bħala lingwa inferjuri għall-Ingliż. Biex jintlaħaq dan il-għan, il-ġenituri għandhom rwol importanti. Huwa d-dmir ta’ kull ġenitur li jtella’ lil uliedu f’ambjent fejn huma esposti għal-lingwa nazzjonali tagħhom biex ma jitrabbewx bħala barranin f’pajjiżhom stess. Barra minn hekk, huwa diffiċli ħafna biex skola tagħmel tajjeb għad-diffikultajiet lli jsib ma’ wiċċu student fil-Malti minħabba t-trobbija lingwistika tiegħu.

Għaldaqstant, l-għan tagħna huwa wieħed soċjali li primarjament ma jikkonċernax biss l-eżiġenzi tas-sillabu. Madankollu, dan l-għan jibni pedament sod għall-għanijiet l-oħra tad-Dipartiment li jwasslu lill-istudenti tagħna għall-eżami taċ-ĊES. Fil-fatt, minbarra l-aspett soċjali tal-lingwa, l-istudenti jingħataw prattika fl-oqsma u l-ħiliet kollha b’mod partikolari fil-kitba, fil-grammatika, fil-letteratura, fit-taħriġ il-fehem, fil-kultura u fl-espressjoni.

Laqgħat ma’ Kittieba Maltin

Id-Dipartiment tal-Malti jippjana sensiela ta’ laqgħat ma’ kittieba Maltin għall-istudenti tal-iskola sekondarja. Dawn il-laqgħat iservu biex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ mal-kittieba tax-xogħlijiet letterarji, fosthom dawk li x-xogħlijiet tagħhom huma marbutin mas-sillabu taċ-ĊES. Fost il-mistednin għal dawn il-laqgħat li saru l-iskola stess, kien hemm is-sinjuri Victor Fenech, J.J. Camilleri, Charles Flores, Ġorġ Borg, Frans Sammut, Oliver Friggieri, Lino Spiteri, Mario Azzopardi, Carmel G.Cauchi, Trevor Zahra, Charles Casha, Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi u Adrian Grima fost oħrajn. Dawn il-laqgħat ikunu ta’ għajnuna kbira biex l-istudenti jifhmu aktar ix-xogħlijiet letterarji marbuta mas-SEC, kif ukoll biex isiru jafu aktar lil dawn il-kittieba mil-lat personali. Fil-fatt, il-laqgħat ikunu kkaratterizzati minn mistoqsijiet u diskussjonijiet relatati max-xogħlijiet ta’ dawn il-kittieba kif ukoll dwar il-ħajja privata tagħhom li ħafna drabi taffettwahom fil-kitba.

Is-Sur Mauro Camilleri
Kap tad-Dipartiment tal-Malti

 

Aġġornament : Agħfas hawn biex tara l-aħħar aġġornamenti fid-dipartiment tal-Malti

 

 


Mauro Camilleri, J.J. Camilleri, Victor Fenech, Clinton Xuereb

 

Clinton Xuereb, Gorg Borg, Mauro Camilleri

Mauro Camilleri, Frans Sammut, Clinton Xuereb

 

Mauro Camilleri, Charles Flores

Il-Profs. Oliver Friggieri waqt iż-żjara tiegħu l-iskola sekondarja.

 

Dr. Adrian Grima waqt il-laqgħa mal-istudenti.

Mauro Camilleri, Dr. Adrian Grima, Clinton Xuereb

 

Mauro Camilleri, il-Profs. Oliver Friggieri, Clinton Xuereb

 

Katrina Portelli (School Captain) mal-Profs. Oliver Friggieri

Mauro Camilleri, Lino Spiteri, Paul P. Borg, Clinton Xuereb

Jump back to the navigation